In-Nazzjon ikompli jiżvela kif il-kumpanija tal-konsulent tal-Prim Ministru u Deputat Laburista Robert Abela, qiegħda tingħata aktar kuntratti ta’ konsulenza. Il-ġurnal jiżvela kif l-Aġenzija tal-Gvern Enemed, għandha bħala wieħed mill-konsulenti legali tagħha lid-ditta legali Abela, Stafrace & Associates, li msieħba fiha hemm Robert Abela.
Ir-ritratt fl-ewwel paġna tal-ġurnal juri l-kommemorazzjoni li saret ilbieraħ quddiem il-monument LOVE f’San Ġiljan, fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fakkar it-Transgender Remembrence Day.
In-Nazzjon jippubblika wkoll intervisti maż-żewġ Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista li kienu eletti s-Sibt li għadda – Robert Arrigo u Davd Agius. Stejjer oħrajn jittrattaw l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar stqarrijiet kundannabbli li kiteb Emmanuel Navarro kontra l-MEP Roberta Metsola, l-attakk fuq anzjana biex serqulha f’darha 70 ewro, u l-emendi li se jkun qiegħed iressaq il-Gvern biex il-kannabis tibda tintuża għal skop ta’ mediċina.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika ta’ Mario Schiavone, waqt li d-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara tikteb dwar id-diżabbiltà u s-sesswalità.
//= $special ?>