Waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ numru ta’ studenti fil-kors tal-għalliema mill-Universita’ ta’ Malta – il-Prim Ministru Joseph Muscat tfaċċa liebes t-toga ħamra li gradwa biha hu stess.
Fir-ritratt jidher li l-Prim Ministru tela’ f’nofs il-palk waqt li l-istudenti jitilgħu sabiex jingħataw iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni.
Ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat attenda wkoll għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, fejn numru ta’ persuni tkellmu ma’ NET News u qalu li l-istudenti kienu sorpriżi u infurmati bl-attendenza tal-Prim Ministru ftit minuti qabel bdiet iċ-ċerimonja.
//= $special ?>