Raġel instab mejjet f’għalqa wara li tractor nqalbet fuqu. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, ġewwa għalqa fl-inħawi magħrufa bħala Xrobb l-Għagin, Marsaxlokk.
Il-vittma fl-inċident hu Joseph Fenech ta’ 74 sena, li hu residenti Marsaxlokk stess.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, fejn iżjed tard instab raġel ta’ 74 sena, residenti Marsaxlokk maqbud taħt l-istess tractor. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Jidher li l-ħajt tas-sejjieħ ċeda, bil-konsegwenza li ċediet il-ħamrija tal-istess għalqa u magħha waqgħet il-tractor.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>