Nirien li ħakmu karozza fi Triq il-Ġafar f’Tas-Sliema tant kienu qawwija li infirxu lejn residenza ta’ dar privata, bir-riżultat li anzjana li toqgħod f’din id-dar kellha tiġi evakwata.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, ftit tal-minuti qabel nofs il-lejl.
L-anzjana li ġiet evakwata mill-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili għandha 84 sena.
In-nar żviluppa minn karozza Volkswagen li kienet ipparkjata fi triq. Is-saħħa tan-nar tant kienet qawwija illi saret ħsara mhux biss fil-faċċata tal-anzjana, iżda anke f’żewġ karozzi oħra – waħda Mazda u oħra Citroen.
//= $special ?>