Lokali

Anzjana evakwata minn darha wara li nirien qerdu karozza f’Tas-Sliema

L-anzjana kienet taħt xokk, u ingħatat l-assistenza mill-Pulizija

Nirien li ħakmu karozza fi Triq il-Ġafar f’Tas-Sliema tant kienu qawwija li infirxu lejn residenza ta’ dar privata, bir-riżultat li anzjana li toqgħod f’din id-dar kellha tiġi evakwata.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, ftit tal-minuti qabel nofs il-lejl.

L-anzjana li ġiet evakwata mill-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili għandha 84 sena.

In-nar żviluppa minn karozza Volkswagen li kienet ipparkjata fi triq. Is-saħħa tan-nar tant kienet qawwija illi saret ħsara mhux biss fil-faċċata tal-anzjana, iżda anke f’żewġ karozzi oħra – waħda Mazda u oħra Citroen.

Ikkummenta