Lokali

David Casa jappella liċ-Chairman tal-MFSA biex jirtira l-liċenzja ta’ Pilatus Bank

Il-preżenza ta’ Pilatus Bank f’Malta tibqa’ ta’ theddida għas-settur finanzjarju tal-pajjiż. Sostna dan il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa.

Permezz ta’ stqarrija ppublikata lill-mezzi tax-xandir David Casa qal li qed jitlob liċ-Chairman tal-MFSA, Joe Bannister biex ma jibqax jippersiti bin-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tiegħu u jħalli lill-Pilatus Bank ikompli jaħdem b’liċenzja minn Malta. Fid-dawl ta’ dan jekk jibqa’ ma jiħux azzjoni c-Chairman tal-Awtorita’ għas-servizzi Finanzjarji f’pajjiżna, John Bannister, David Casa qal li ma jkollux għażla ħlief li jwassal rapport lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Awtorita’ Ewropea tal-banek.

Il-Bank Pilatus fl-aħħar ġimgħat hedded lill-media lokali biex jekk ma tneħħix artikli li fihom jiseemma l-bank fil-każ tal-Panama Papers u b’mod partikolari dwar il-każ ta’ Egrant, il-bank kien se jfittex lill-media fil-Qorti Amerikana.