Għawdex Lokali

Għawdex maħsud wara l-mewt ta’ Kikku

Ir-raġel meqjus bħala ġentlom illi ħoloq il-kumpanija FXB

Miet matul il-lejl li għadda l-imprenditur Għawdxi Francis Xavier Borg, magħruf ma’ kulħadd bħala Kikku.

Is-Sur Borg kien mastrudaxxa prim, sinonimu mal-kumpanija FXB illi waqqaf hu stess.

Sas-Sibt li għadda, kif jixhed dan ir-ritratt meħud mill-qarab tiegħu, Kikku kien għadu qed jaħdem l-injam fil-kamra tiegħu.

Il-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru fl-4pm, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ Martri r-Rabat.

Ritratt ta’ Francis Xavier mal-familja tiegħu