Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jgħid jekk hux favur is-surrogacy, il-gamete donation u l-isperm donation

Id-deputat Edwin Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li fil-verità l-gvern irid iwġeib il-mistoqsija jekk hux favur is-surrogacy, il-gamete donation u l-isperm donation.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li hawn differenza bejn il-partiti għaliex il-Gvern għandu żewġ pożizzjonijiet. L-Oppożizzjoni tixtieq li l-gvern jgħid fejn qiegħed. Il-mozzjoni tal-PN qed isir għaliex il-gvern għandu diffikultà biex ikun ċar. Il-Gvern hu maqsum fil-fehma tiegħu. Fuq kwistjonijiet ta’ kuxjenza għandu jingħata dritt għall-vot ħieles għaliex dan hu dritt tal-valur tal-libertà.

Edwin Vassallo tkellem dwar l-IVF u qal li l-Liġi tal-IVF għaddiha Gvern Nazzjonalista bħala liġi li tgħin lil min kellu bżonn u pproteġiet il-ħajja. Il-poplu mhux jifhem fejn sejjer il-gvern għaliex il-leġiżlazzjoni prinċipali u l-avviż legali ma jaqblux.

Edwin Vassallo qla li l-gvern qed juża lin-nies kif irid hu iżda s-soċjetà m’għandhiex is-saħħa li tieqaflu għalkemm l-Oppożizzjoni qed tappellalu biex ma jabbużax min-nies. Il-ħajja hi l-aktar element bażiku u importanti għall-bnedmin.

Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni tispeċifika li m’hemmx kontestazzjoni dwar il-leave u mhix iżżomm li jingħata l-leave anzi taqbel li jkun hemm il-leave. Jekk il-Gvern jidhrilhom li għandhom jingħataw leave lil persuni oħra għal kura oħra, l-Opożizzjoni tapprova. L-IVF tagħti dritt għall-ħajja fejn fuq livell naturali ma tistax tingħata ħajja, sostna Edwin Vassallo, li kompla li li llum il-Gvern bl-avviż legali qed ipartat id-definizzjoni ta’ min huma l-ġenituri prospettivi. Il-Gvern qed jgħid li dawn huma persuni fi żwieg ujoni ċivili, koabitazzjoni jew li laħqu livell ta’ relazzjoni stabbli flimkien.

Fil-liġi prinċipali ma tippermettix li l-IVF tintuża minn persuni f’relazzjoni iżda issa qed tkun possibbli li l-leave jttieħed biex dak li ma jistax isir Malta għax il-liġi ma tippermettix ikun jista’ jsir barra. Hawn se tinqala’ problema legali għaliex persuna jew koppja jistgħu jtellgħu lill-gvern il-qorti biex jemenda d-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv mill-liġi prinċiali għaliex il-erpsuni jkunu jridu jagħmlu użu mill-faċilitajiet f’Malta.

Hawn il-gvern ikun mitlub mill-qorti biex ibiddel id-deffinizzjoni ta’ ġenitur prospettiv. Din hi probbabiltà li tista’ issir. Il-Gvern għandu jkun ċar dwar dan u għandu jkun ċar dwar diversi setturi ewlenin fosthom is-surrogasy, il-gaming donation u l-isperm donation. Il-liġi prinċipali ma tippermettix li dawn isiru f’Malta.

Edwin Vassallo kompla li l-pajjiż għandu jkun attent u ma jilgħabx bil-ħajja tna-nies. Irridu nżommu f’moħħna d-drittijiet tal-ulied li jridu jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom.

Ikkummenta