– Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li l-liġi prinċipali dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni u l-avviż legali mressaq mill-gvern ma jaqblux dwar id-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv.
Fil-parlament il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li umru ta’ kelliema m’urewx rispett lejn in-naħa l-oħra tal-parlament. Hu sostna li l-mozzjoni tirrikonoxxi li l-proposta tal-leave għandha għan tajjeb; iżda l-Gvern qed jinjora din il-pożizzjoni.
David Agius kompla li l-Gvern għamel liġi u avviż legali; li għandhom definizzjoni differenti dwar ġenitur prospettiv. Hu staqsa jekk il-gvern għamilx dan bi skop u qal li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hi li l-liġijiet u l-avviżi legali jkunu jaqblu.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-PL kien ivvota favur il-Liġi favur il-Protezzjoni tal-Embrijuni iżda llum il-gvern qed jagħmel definizzjoni differenti tal-ġenitur prospettiv. Hu staqsa għaliex il-gvern m’għamilx liġi iżda għamel avviż legali u jekk il-gvern lestiex din il-liġi.
David Agius sostna li jekk il-gvern iri dikun onest mal-poplu għandu jgħid x’inhuma l-morali tiegħu u jgħid għaliex xm’għamilx liġi. L-Oppożizzjoni għandha skop ġenwin li l-parlament jilleġiżla tajjeb. Il-PN jemmen fid-dinjità ta’ kull persuna. Kien il-PN mill-Gvern li wettaq diversi miżuri favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
//= $special ?>