Lokali Qtil Politiku

Investigazzjoni fi Sqallija li ma twassal imkien

Kien hemm suspett li se jsir "ħlas" għall-assassinju ta' Caruana Galizia

Konferma oħra illi l-investigazzjonijiet kollha li saru s’issa dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kollha irriżultaw fin-negattiv – inkluż operazzjoni sigrieta immexxija mill-Korp tal-Pulizija fis-sighat ta’ wara d-dellitt, fejn numru ta’ pulizija undercover segwew kriminali maghrufa.

Dettalji ġodda żvelati mit-Times jindikaw illi kien hemm saħansitra Pulizija li segwew kriminal Malti magħruf, u baqgħu wara l-passi tiegħu sa Sqallija fejn osservaw il-moviment tiegħu.

Skont ir-rapport fil-ħarġa tal-lum ta’ dan il-ġurnal, jingħad illi dan il-Malti żar diversi bars fi Sqallija, u f’mument kien hemm suspett li se jsir “ħlas” għall-assassinju imwettaq f’Malta – iżda eventwalment, xejn ta dan it-tip ma kien osservat.

Din il-ġimgħa, l-MEP Soċjalista Claude Moraes tenna l-konvinzjoni tieghu illi l-Parlament Ewropew ghandu jmexxi investigazzjoni separata dwar dan il-qtil tal-ġurnalista Maltija.