Ambjent Lokali

Irriċikla l-kartuna tal-ħalib u għin lill-Istrina

L-inizjattiva tal-GreenMT tista' tiġbor sa €8000

“Tuna l-kartuna tal-ħalib u lill-Istrina nagħtu daqqa t’id.” Din hija t-tema tal-inizjattiva ambjentali tal-GreenMT li l-għan tagħha mhuwiex biss li tħeġġeġ lill-Maltin jirriċiklaw il-kartuni tal-ħalib u l-juices iżda li tgħin lil min hu inqas ixxurtjat.

Fit-tnedija tal-inizjattiva fil-binja tal-Parlament propju fil-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart,  l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, qal li l-ogħla l-istituzzjoni tal-pajjiż qed jagħti sinjal qawwi lill-poplu Malti li anki l-Parlament qed jagħti s-sehem tiegħu u jipparteċipaw f’din l-inizjattiva favur l-ambjent li tista’ tiġbor sa €8000 .

Id-direttorat tal-GreenMT, permezz tat-8 kuntratturi tiegħu, qiegħed jiġbor mal-250 borża ta’ skart riċiklabbli kuljum u Tetra għall-Istrina hija inizjattiva li tippromwovi din it-tendenza. Il-promozzjoni ta’ din il-kampanja se tinżel ukoll fl-iskejjel u mat-tfal permezz tal-maskott Ċikka Tirriċikla.

Preżenti għat-tnedija kien hemm il-Membri Parlamentari Frederick Azzopardi u Clayton Bartolo.