It-tim nazzjonali tal-Awstralja se jkun qed ifittex kowċ ġdid hekk kif Ange Postecoglou irriżenja, ftit xhur biss qabel it-Tazza tad-Dinja tar-Russja.
Postecoglou, li għandu 52 sena kien ilu erba’ snin kowċ tas-Socceroos u saħansitra rebaħ it-Tazza tal-Asja fl-2015. Wara kampanja diffiċli fil-kwalifikazzjoni tagħhom għat-Tazza tad-Dinja li jmiss, fejn għaddew biss għall-finali wara l-play-offs, Postecoglou iddeċieda li kellu jħalli t-tmun.
“Wara ħafna ħsieb, iddeċidejt li l-vjaġġ tiegħi jispiċċa hawn. Kif għidt ħafna drabi, kien l-ikbar privileġġ ta’ ħajti li mmexxi lil dan it-tim iżda inħoss li din hi l-aħjar deċiżjoni” qal Postecoglou fil-mikrofonu tal-media internazzjonali.
L-Awstralja bdew tajjeb fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja iżda naqsu fil-prestazzjonijiet fit-tielet rawnd meta lagħbu kontra l-qawwa tar-Russja u l-Ġappun fost l-oħrajn.
Draw kontra l-Arabja Sawdija, il-Ġappun, it-Tajlandja u l-Iraq fisser li l-Awstralja ma spiċċawx fl-ewwel żewġ postijiet tal-grupp u spiċċaw kellhom jaffrontaw lis-Sirja.
Kien biss fil-ħin miżjud ta’ dan il-konfront li t-tim ta’ Postecoglou għadda għall-play-offs kontra l-Honduras fejn impressjonaw bi tliet gowls ta’ Mile Jedinak.
“Kien ta’ privileġġ għalija li nikkowċja t-tim nazzjonali ta’ pajjiżi u li wasalna għat-Tazza tad-Dinja tal-2014, irbaħna t-Tazza tal-Asja fl-2015 u wasalna għat-Tazza ad-Dinja li jmiss. Kont ngħid li ħa naslu, u wasalna”, qal Postecoglou waqt intervista fuq is-sit elettroniku tat-tim nazzjonali Awstraljan.
“Dan kollu affetwani personalment u professjonalment. Investejt kull ma naf, għax naf kemm kien perjodu importanti għall-futbol Awstraljan”, għalaq Postecoglou.
//= $special ?>