Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fil-Marsa

Ritratt mill-arkivji

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li inċident li seħħ fis-7,30 ta’ filgħodu fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Irriżulta li sewwieq ta’ mutur, li kien qiegħed isuq, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’, huwa ma sofra l-ebda ġrieħi. Fuq il-mutur kellu miegħu l-passiġġiera.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-passiġġiera, li ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’Ambulanza, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.