Internazzjonali

Mladic jintbagħat għomru l-ħabs

Ratko Mladic, l-eks Kmandant Serb-Bosnijak, instab ħati ta’ ġenoċidju u ntbagħat għomru l-ħabs.

Dawn l-attroċitajiet twettqu fil-Gwerra tal-Bożnija fis-snin disgħin.

Fil-Qorti internazzjonali f’The Hague, Mladic affaċja 11-il akkuża fosthom ta’ reati kontra l-Umanità.

Mladic kien imalqqam il-‘Biċċier tal-Bożnija’ u dan għax qatel xejn inqas minn 7,000 Bożnijak Musulman fi Srebrenica fl-1995 u wkoll fl-assedju ta’ Sarajevo kienu nqatlu 10,000 persuna.