Il-ġurnal In-Nazzjon illum jinvestiga l-konnessjonijiet ma’ Malta tal-Kap tal-Mafja fi Sqallija, Toto Riina, li miet fil-jiem li għaddew. Joe Mikallef jinvestiga kif spiss kien jingħad li kien qiegħed joqgħod f’dar kbira f’Għawdex li fiha wkoll kienu jsiru l-laqgħat immexxija minnu.
Stejjer oħrajn jittrattaw il-każ li tressaq mill-Pulizija l-Qorti dwar it-theddid li sar lill-MEP Roberta Metsola, l-akkużi li tressqu lbieraħ ukoll fil-Qorti kontra raġel dwar abbużi sesswali fuq numru ta’ subien, l-aħħar żviluppi dwar id-delitt ta’ nhar il-Ġimgħa f’Ħ’Attard, il-pożizzjoni tal-UMASA dwar l-awtonomija tal-Università ta’ Malta li qed tiġi imminata, u rapporti dwar id-dibattitu li għaddej bħalissa fil-Parlament.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika tal-MEP David Casa, ta’ Mark Anthony Farrugia u ta’ Justin Schembri.
//= $special ?>