Internazzjonali

Tibda tmajna t-tama għall-baħrin fuq l-ARA San Juan

L-ARA San Juan

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tmajna t-tama li jinstabu ħajjin l-44 baħri li kienu abbord is-sottomarin tal-Arġentina li għeb misterjożament.
Kien hemm diversi rapporti li kienu rreġistrati xi sinjali li setgħu kienu ġejjin mis-sottomarin; imma dejjem irriżulta li dawn ma kinux ġejjin minnu, wara analiżi bir-reqqa. Is-sottomarin issa ilu nieqes sitt ijiem u kollox jindika li dan żviluppatlu ħsara elettronika.
Fit-tfittxija għall-ASA San Juan, qed jipparteċipaw bastimenti tal-gwerra minn diversi pajjiżi, fosthom anki mill-Istati Uniti.
Il-Qawwa tal-Baħar tal-Arġentina qalet li l-aħħar darba li sar kuntatt mas-sottomarin kien l-Erbgħa ta’ ġimgħa ilu, u dan biex jirrapporta ħsara fil-batteriji. Iżda l-Kaptan Gabriel Galeazzi, li jmexxi l-bażi navali ta’ Mar del Plata – id-destinazzjoni tas-sottomarin – qal li problemi simili kienu komuni u rarament kienu ta’ riskju.
L