Lokali

FILMAT: L-Avukati l-ġodda jiċċelebraw fid-Dar Ċentrali tal-PN

Waqt li f’dawn il-jiem qed ikomplu l-gradwazzjonijiet tal-Universita’ ta’ Malta, wara li lbieraħ gradwaw l-aħħar avukati tal-kors l-antik u l-ewwel avukati tal-kors il-ġdid, illum dawn organizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom wara li temmew b’suċċess il-kors tagħhom wara snin ta’ studju.

L-avukati li ggradwaw fil-kors il-ġdid matul iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom bit-tradizzjoni tal-buscade, żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li hu avukat ukoll, laqagħhom u awguralhom għall-futur. Hu ċċelebra magħhom dan is-suċċess.

Il-gradwazzjonijiet u ċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu fil-ġranet li ġejjin b’aktar studenti jigradwaw.