Lokali

Il-ħarsien tal-annimali fil-kurrikulu tal-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli

Proġett pilota konġunt mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali

It-tagħrif dwar l-annimali u l-ħarsien tagħhom sar parti mill-kurrikulu tal-iskola ta’ Ħad-Dingli, f’proġett pilota konġunt bejn id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u l-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Nikola f’Ħad-Dingli.
Dan hekk kif grupp ta’ studenti qed jattendu lezzjoni fil-ġimgħa dwar il-ħarsien tal-annimali.

Is-Surmast tal-iskola Steve Mifsud spjega ma’ NET News li dan is-suġġett dwar il-ħarsien tal-annimali huwa wieħed minn numru ta’ clubs li ħafna studenti qed jattendu għalih, u li fl-aħħar tas-sena se jingħataw rikonoxximent.

Dalgħodu, fl-iskola, saret attività li fiha tnieda dan il-proġett pilota, u preżenti kien hemm il-Prinċipal fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u Deputat Robert Cutajar.

Ara l-filmat bid-dettalji u kummenti tad-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello, tas-Surmast tal-iskola Steve Mifsud, ta’ Robert Spiteri mill-għaqda Service Dogs Malta Foundation u ta’ numru ta’ studenti.