Lokali

Jekk qatt kellek kurżita’ x’mużika jħobb Joseph Muscat, l-Orkestra Nazzjonali se taqtagħhielek

Reazzjoni negattiva fuq il-midja soċjali wara li l-Orkestra Nazzjonali, li titħallas mit-taxxi tal-poplu, ħabbret li se torganizza kunċert bil-mużika favorita tal-Prim Ministru Joseph Muscat.  B’hekk il-kunċert se jinkludi biss mużika li jħobb jisma’ Joseph Muscat.

Dan il-kunċert hu skedat fl-24 ta’ Frar f’Dar il-Mediterran għal Konferenzi u għaldaqstant jekk għandek kurżita’ x’mużika jħobb jisma’ Joseph Muscat, dan il-kunċert m’għandekx titilfu.

Fil-paġna fuq facebook li qed tipromwovi dan il-kunċert, hemm miktub: “X’mużika jħobb jisma’ l-Prim Ministru?”, l-avviż ikompli li jekk “li f’din l-okkażjoni unika tal-Orkestra Nazzjonali, l-udjenza tista ssegwi wħud mill-kanzunetti tal-Prim Ministru.”.

Dan il-kunċert fakkar lil ħafna fiż-żmien meta l-eks Prim Ministru Dom Mintoff kien iżur il-Korea ta’ Fuq u hemm kienu jkantawlu innijiet bil-Malti.

L-Orkestra Nazzjonali titmexxa mill-kandidat Laburista Sigmund Mifsud, li kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali fl-2013 u fl-2017.