Lokali

Jinsistu għal iktar sigurtà fil-Park tal-Majjistral – FAA

L-estensjoni tal-ħinijiet tal-kaċċa ġabu magħhom riskji ikbar ta' inċidenti f’zoni bħalma hu l-Park tal-Majjistral

Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qed tistaqsi għaliex il-kwisjtonijiet ta’ sigurtà fil-Park tal-Majistral ma kinux indirizzati.

L-FAA qalet fi stqarrija li l-estensjoni tal-ħinijiet tal-kaċċa ġabu magħhom riskji ikbar ta’ inċidenti bħal dak li seħħ ftit ilu fil-Magħtab, fejn kelb ta’ familja kien maqtul b’tiri sparati fuqu.

B’konċentrazzjoni ikbar ta’ kaċċaturi fil-viċinanzi tan-nies li jżuru l-park, ħafna minnhom tfal, hemm il-possibbiltà li inċidenti simili jerġgħu jseħħu.

Quddiem din is-sitwazzjoni, l-FAA ippreżentat talba għal-libertà tal-informazzjoni għal kopja tal-Impact Assessment Framework for Subsidiary Legislation li saret mill-ministeru qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż legali dwar l-estensjoni tas-sigħat tal-kaċċa u l-insib fil-park.

L-FAA qed tistaqsi jekk il-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-park kinux trattati u jekk dawn humiex inidkati fil-formola li hi parti mill-leġiżlazzjoni.