Kwart tat-tfal Maltin mhux jħossu s-surplus u jinsabu f’riskju ta’ faqar. Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara li statistika ufficjali mahruga fl-okkazjoni tal-jum dinji tat-tfal li fost ohrajn wriet kwart tat-tfal Maltin jinsabu f’riskju ta’ faqar. L-istatistika kienet pubblikata hekk kif din il-gimgha tfakkar il-jum dinji għat-tfal.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-istatistika ppublikata turi biċ-ċar kif is-surplus li l-Gvern tant jiftaħar bih żgur mhux qed jasal għand kwart tat-tfal Maltin.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li minflok jirrikonoxxi li r-riskju ta’ faqar fost t-tfal hija problema f’pajjiżna, il-Partit Laburista ftaħar li din iċ-ċifra naqset bi ftit aktar minn 2% minn kemm ilhu fil-Gvern l-istess Partit Laburista.
Il-Partit Nazzjonalista żied jgħid li kieku l-Gvern minflok uża mijiet ta’ eluf ta’ ewro fi propoganda fuq il-mezzi soċjali, nefaqhom biex jonqos ir-riskju tal-faqar fost t-tfal, din ċ-ċifra kienet tkun ferm inqas.
Qal ukoll li kieku l-Gvern minflok ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’konsulenzi lil tal-qalba, fosthom deputati tiegħu stess, nefaqhom biex jindirizza din il-problema, illum hawn inqas tfal f’riskju ta’ faqar. Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li huwa ċar li t-tnaqqis tar-riskju tal-faqar fost it-tfal mhux prijorita għal dan il-Gvern.
//= $special ?>

