Futbol Sport

L-Arabja Sawdija jkeċċu lill-kowċ

L-Arabja Sawdija keċċew lill-kowċ Edgardo Bauza li kien ilu biss ħames patiti fil-kariga. Fl-14 ta’ Settembru hu kien ħa post Bert van Marwijk imma l-avventura tiegħu damet ftit, anke jekk hu għen lit-tim jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Sakemm Bauza mexxa lill-Arabja Sawdija, dawn kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra l-Latvja, rebħa ta’ 5-2 kontra l-Ġamajka imma tilfu 3-0 kontra l-Ghana, 3-0 kontra l-Portugall u 1-0 kontra l-Bulgarija.

Ħafna kienu qed jistennew li Bauza se jibqa’ jmexxi lill-Arabja Sawdija waqt it-Tazza tad-Dinja minħabba li hu kowċ mimli b’esperjenza imma issa l-Federazzjoni se tfittex kowċ ġdid biex jibda jħejji lit-tim għat-turnament fir-Russja.