Il-qawwiet tal-baħar Arġentini li qed jinvestigaw l-għejbien, jiem ilu, ta’ sottomarin b’44 persuna abbord, qalu li ‘avveniment konsistenti ma’ splużjoni’ kien irreġistrat qrib fejn sparixxa l-inġenju tan-Navy .
Il-ħoss kien irreġistrat wara l-aħħar kuntatt bir-radju mas-sottomarin, li seħħ il-ġimgħa l-oħra meta s-sottomarin kien xi 60 kilometru ‘il hinn mill-aħħar pożizzjoni magħrufa tiegħu.
Intant, dan hu s-seba’ jum mill-għejbien, bl-awtoritajiet jgħidu li s-sitwazzjoni tas-sottomarin saret aktar kritika fost tħassib li l-persuni ta’ fuqu ‘qed jispiċċalhom l-ossiġinu’.
Il-qraba tal-44 li jinsabu fil-bażi navali ta’ Mar del Plata ilhom l-aħħar jiem jistennew għal riżultati konkreti tat-tfittxija, biż-żmien isir aktar kruċjali.
Diversi pajjiżi, fosthom l-Istati Uniti u r-Russja, bagħtu r-riżorsi biex jieħdu sehem fit-tfittxija għas-‘San Juan’ li kien qed jirritorna lejn il-bażi wara missjoni fl-Amerika t’Isfel.
//= $special ?>

