Ewropa Lokali

“L-Unjoni għandha tingħaqad hekk kif qed tħabbat wiċċha ma’ diversi sfidi globali” – MPE David Casa

Il-Qafas Ewropew tad-Drittijiet Soċjali wasal fi żmien fejn l-Ewropa għadnha bżonnu aktar minn qatt qabel li tingħaqad ħaġa waħda. Dan saħqu l-MPE David Casa hekk kif indirizza seminar tal-UĦM/EZA fejn insista li l-istati membri tal-Unjoni għandhom jingħaqdu sabiex jaffaċċjaw l-isfidi globali li qed jaffettwaw lilna lkoll.

L-Ewroparlamentari Malti David Casa stqarr li jemmen li l-Qafas Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jista’ jsir realtà għaċ-ċittadini ġaladarba jkun hemm responsabilità konġunta bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, sieħba soċjali, l-industriji u l-istati membri.

Il-Qafas Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa mistenni li jwassal aktar drittijiet effettivi għaċ-ċittadini Ewropej, fost oħrajn; protezzjoni soċjali u inklużjoni, kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar kif ukoll opportunitajiet ugwali u aċċess għal aktar impjieg.

David Casa sostna li hija r-responsabiltà tal-membri parlamentari Ewropej sabiex jieħdu azzjoni bil-għan li jiggarantixxu kundizzjonijiet deċenti għall-impjegati u aċċess għall-iżvilupp u taħriġ f’xogħlhom.

Filwaqt li l-MPE David Casa ammetta li hemm sfidi kbar minħabba it-tibdil kontrinwu fil-kundizzjonijeit tax-xogħol, huwa spjega li dawn jistgħu jingħelbu grazzi għall-immodernizzar tal-framework politiku u legali tal-Unjoni Ewropea – bħal per eżempju l-ġenituri li jaħdmu jew impjegati bi qraba li huma dipendenti fuqhom jiġu mgħejuna għal aktar responsabilitajiet professjonali.

Bħala Rapporteur għall-Kummissjoni, David Casa sostna li hija kruċjali li wieħed jakkwista bilanċ bejn il-prioritajiet ekonomiċi u dawk ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini.