Konxju tar-responsabbilta’ li qed ningħata, b’mod partikolari bħala Whip tal-Oppożizzjoni f’dan iż-żmien kruċjali għall-pajjiż. Sostna dan Robert Cutajar fuq Net Live fl-ewwel intervista tiegħu minn meta inħatar Whip tal-Oppożizzjoni.
Hu kompla li l-Oppożizzjoni b’saħħitha hi importanti għaliex hi meħtieġa biex iżżomm il-Gvern in check u li nirrispettaw dak li ġejna fdati bih mill-poplu.
Robert Cutajar wiegħed li din il-kariga ġdida m’hi se ttellef xejn mill-kuntatt tiegħu man-nies, b’mod partikolari il-kostitwenti tat-12-il distrett. Dan hu s-sigriet ghal kull politiku; “titlaqx in-nies, għax in-nies jitilquk”, sostna Robert Cutajar.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni stqarr li ma jqisx lilu nnifsu bħala espert tal-proċedura parlamentari u għaldaqastant, qed jitħarreġ iktar, b’mod partikolari fejn jidħlu l-iStanding Orders tal-Parlament.
Waqt Net Live, Robert Cutajar appella għall-għaqda u biex kulħadd iqis dak li jkun qed jgħid u jikteb. “Bħalma l-pajjiż jixraqlu l-aqwa u l-aħjar, anki l-Partit Nazzjonalista jixraqlu l-istess. Aħna wara kollox qed fil-politika biex noffru servizz għall-pajjiż u l-poplu tiegħu,” temm il-Whip Robert Cutajar.
//= $special ?>
