RABAT AJAX ……………. 1
SAN ĠWANN ……………. 5
Rabat: A. Zammit, G. Bugeja, J. Caruana, S. Gauci, N. Attard (A. Smeir 46’), D. Falzon, W. Borg, K. Muscat (C. Vella 69’), R. Micallef, A. Azzopardi, S. Abela.
San Ġwann: E. Bartolo, A. Cachia, T. Lopes de Souza (C. Gauci 69’), A. Borg (D. Sammut 46’), R. Zammit, M. Andres Arteta Suarez, N. Abouhaisa, J. Azzopardi, K. Gatt, J. Tanti (A. Abela 60’), M. Kura.
Referee: Fyodor Zammit
San Ġwann insew l-umiljazzjoni tat-telfa ta’ 6-0 kontra Pieta fl-aħħar ħarġa tagħhom, meta b’wirja kompletament differenti rebħu faċilment lil Rabat li lagħbu t-tieni taqsima kollha b’disa’ plejers. Għar-Rabtin ritorn għall-problemi antiki l-iktar fid-difiża, wara l-ewwel rebħa kontra Qrendi fl-aħħar ħarġa tagħhom.
San Ġwann ma setax kellhom bidu aħjar għax wara biss 7 minuti huma fetħu l-iskor meta ANDRÈ CACHIA rċieva pass f’nofs il-kaxxa u kkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx. Sitt minuti wara Rabat spiċċaw jilagħbu b’10 plejers wara li Dylan Falzon ġie muri t-tieni karta safra għal fawl f’nofs il-grawnd fuq Ryan Zammit. San Ġwann approfittaw mill-vantaġġ numeriku li kellhom fil-grawnd biex fid-29 minuta huma rdoppjaw meta ALAN BORG għeleb lil Andrew Zammit b’daqqa ta’ ras wara free-kick ta’ Jan Tanti.
Żewġ minuti wara San Ġwann żiedu gowl ieħor meta THIAGO LOPES DE SOUZA kkonkluda fix-xibka b’daqqa ta’ ras wara azzjoni ta’ korner. Ftit wara Rabat tilfu rashom għal kollox meta spiċċaw b’disgħa wara li Ryan Micallef intwera karta ħamra diretta.
Fit-tieni taqsima San Ġwann ma tantx baqgħu jinsitu anki jekk xorta waħda kabbru l-iskor fit-68 minuta permezz ta’ ANDREW ABELA li skorja b’xutt fil-baxx. Fis-77 minuta San Gwann għamluhom ħamsa b’azzjoni ta’ kontrattakk mitmuma minn MIKAS KURA.
Fl-aħħar minuta gowl ta’ konsolazzjoni għal Rabat permezz ta’ CHRIS VELLA li għeleb lil Bartolo b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>