Internazzjonali

Mnangagwa jsir President minflok Mugabe

Emmerson Mnangagwa jieħu l-ġurament tal-ħatra.

Emmerson Mnangagwa l-Ġimgħa ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-President ġdid taż-Żimbabwe.
Hekk issa uffiċjalment ħa post Robert Mugabe li kien ilu jmexxi l-pajjiż b’ponn tal-ħadid għal dawn l-aħħar 37 sena.
Mnangagwa ħa l-ġurament fin-National Sports Stadium mimli nies fil-kapitali Harare. Hawn hu wiegħed li kien se jservi ċ-ċittadini kollha u kien konxju li kien hemm anki nies ta’ opinjoni politika differenti li għenu beix tasal din il-ġurnata.
Mugabe, li għandu 93 sena, ma kienx preżenti għaċ-ċerimonja.
Sfida ewlenija għal Mnangagwa se tkun l-ekonomija li krollat għal kollox f’dawn l-aħħar snin u hemm mad-90 fil-mija tal-popolazzjoni bla xogħol.