Internazzjonali

Tama ta’ żblokk fil-kriżi politika Ġermaniża

Hemm tama ta’ żblokk fil-kriżi politika bla preċedent fil-Ġermanja. Dan wara li sfaxxaw l-isforzi ta’ Angela Merkel biex tifforma koalizzjoni ta’ Gvern.
Issa jidher li l-avversarji tradizzjonali tad-Demokratiċi (CDU) ta’ Merkel, is-Soċjal Demoratiċi (SPD) qed jitħajru li jissieħbu f’koalizzjoni.
Kelliem għall-President Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier, ħabbar li issa l-ġimgħa d-dieħla l-President se jmexxi laqgħa bejn is-CDU u s-SPD.
Il-Gvern preċedenti kienet koalizzjoni bejn is-SPD u s-CDU imma Martin Schultz, il-mexxej tal-SPD, qabel l-elezzjoni kien eskluda repetiżjoni u wara l-agħar riżultat elettorali għall-partit minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Schultz qal li kien aħjar jekk il-SPD imur fl-Oppożizzjoni u jinbena mill-ġdid.