Lokali

‘Barra bla biża’- Attività kontra l-vjolenza domestika

 

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, organizzat attività quddiem il-parlament għall-għarfien tal-vjolenza domesika bit-tema, ‘Barra bla biża’.

L-għan ta’ din l-attività kienet sabiex titqajjem kuxjenza fuq is-servizzi offruti sabiex joffru l-għajnuna kemm lill-ġenituri kif ukoll lit-tfal u ż-żgħazagħ, filwaqt li titnissel tama fil-persuni bi bżonnijiet soċjali.

Persuni fil-panel, fosthom Roberta Agius minn Appoġġ, l-Ispettur Sylvana Gafà mill-Victim Support Unit, Kevin Sammut Hanwood psikologista u Dr Clarissa Sammut Scerri mill-fakultà tas-Social Wellbeing, saħqu fuq l-importanza tat-terapija sa minn età kmieni sabiex nevitaw problemi ikbar.

L-ispettur Sylavana Gafà qalet li l-puluzija tgħin u taħdem ma’ għaqdiet differenti fosthom l-Appoġġ sabiex joffru l-għajnuna bla ħlas.

F’din l-attività ħadu sehem ukoll numru ta’ żeffiena u mużiċisti li taw wirja simbolika sabiex jesebixxu kwistjonijiet relatati mal-abbuż, dominanza u kontroll u l-biża.

Għal din l-attività attendew ukoll diversi persuni distinti fosthom id-deputat Claudette Buttigieg u l-attivista ghad-drittijiet umani, Suha Arafat.