Lokali

FILMAT: Ara l-ħalliel ifittex biex jara x’se jisraq

Is-sitt darba f'sena u nofs li daħlulhom f'dal-ħanut

Filmat li għandu f’idejh NET News juri ħalliel iħuf mal-imwejjed u wara l-counter ta’ ħanut tal-kebabs, bl-iskop li jara jsibx xi ħaġa x’jisraq.

Il-każ seħħ fir-restorant ‘The Edge Kebab House’ li jinsab fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi, ħanut li għal darb;oħra reġa’ spiċċa fil-mira tal-ħallelin.

Dan hekk kif NET News jinsab infurmat li din kienet is-sitt darba f’sena u nofs li l-ħallelin daħlu fil-ħanut biex jipprovaw jisirqu.

Fortunatament il-ħallelin ma rnexxielhom jisirqu xejn, peress li s-sidien tal-ħanut ma jħallux flus. Madanakollu tkissret tieqa biex il-ħallelin setgħu jidħlu minn xaft għall-aċċess ġol-ħanut.

Sid il-ħanut qalilna li din kienet is-sitt darba f’sena u nofs li daħlulhom ġol-ħanut, b’appell lill-pubbliku biex jgħaddi l-informazzjoni jekk jagħraf lill-persuna fil-filmat.

Il-ħġieġa li tkissret biex daħlu l-ħallelin