Il-ġurnata tal-25 ta’ Novembru 2017 se tibqa’ imniżżla fl-istorja tal-Basketball lokali, hekk kif kien inawgurat ix-xogħol estensiv tal-Padiljun f’Ta’ Qali li mil-lum se jibda jissejjaħ l-MBA Arena. Dan il-proġett wassal għal tranżizzjoni minn logħob milgħub f’hangar għal post aktar attrezzat.
Ix-xogħol sar b’ħidma tal-President tal-Malta Basketball Association Paul Sultana bl-għajnuna ta’ Sport Malta, b’investiment ta’ €500,000. Fr. Hilary Tagliaferro bierek uffiċjalment il-post wara l-inawgurazzjoni. Din it-trasformazzjoni, hi biss l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, hekk kif fil-futur qarib mistennija ssir it-tieni fażi b’ħidma fl-istands, fid-dressing rooms u l-binja tal-amministrazzjoni tal-assoċjazzjoni.
Wara l-inawgurazzjoni saret partita ta’ ħbiberija bejn Selezzjoni Maltija tal-MBA u t-tim Taljan ta’ Orlandina Basket, bit-tim Malti joħroġ rebbieħ 67-58. Fost il-mistiedna preżenti kien hemm is-Segretarju Parlamentarji tal-Isport Clifton Grima u l-Aġent Kap ta’ Sport Malta Chris Bonett, il-Prim Ministru kif ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma fil-parlament David Agius.
//= $special ?>