Ftit gimgħat ilu Jerome miet kawża tal-marda tal-kanċer, iżda minkejja li m’għadux magħna, se jibqa’jferraħ in-nies. Dan permezz tal-għaqda ‘Smiling with Jerome’, għaqda li twieldet wara l-mewt ta’ Jerome.
L-għaqda organizzat open day fl-iskola Santa Monica fil-Gzira bil-għan li jinġabru fondi għall-familji fqar fl-Albania.
NET NEWS tkellem mal-familja ta’ Jerome fejn esprimew il-kuraġġ tagħhom minkejja t-telfa. Huma tkellmu ukoll dwar il-missjoni tagħhom.
Tkellimna wkoll mal-madre tas-sorjijiet Agostinjani, Sr Rachel Frendo, iz-zija ta’ Jerome, fejn qaltilna kemm Jerome kien ifisser hafna għas-sorjiet.
Għal din l-Open Day kien hemm diversi attivitajiet fosthom logħob għat-tfal, kantanti distinti u s-sezzjoni tal-klieb tal-puluzija.
Il-Malta Medical Students Association, l-MMSA, offriet servizz b’xejn ta’ testijiet mediċi lill-pubbliku.
Permezz ta’ attivitajiet bħal dawn Jerome jibqgħa ħaj fil-qalb tal-Maltin, filwaqt li jkompli jferraħ lil dawk fil-bżonn.
//= $special ?>