Raġel ta’ 47 sena ndarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’ħajt fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15pm tal-bieraħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Huwa ttieħed lejn l-isptar Matar Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>