Paniku li wassal biex fuq il-post niżlu l-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu u ngħalaq l-aċċess għat-triq u għall-ħwienet li kien hemm.
L-ewwel rapporti li bdew ħerġin kienu li kien hemm persuna armata u kienu sparati xi tiri. Iżda wara tfitxija bir-reqqa, il-Pulizija ma sabet ebda ħjiel ta’ sparatura u ma arrestat lil ħadd. Kien hemm disa’ persuni li ndarbu ħafif fir-rassa tal-folla hekk kif kullħadd beda ħiereġ jiġri mill-stazzjoni u mill-istabbilimenti ta’ madwar.
Is-Sibt il-Pulizija ħarġet ir-ritratti taż-żewġt irġiel li tissuspetta li kienu wara l-ġlieda u matul il-ġurnata tas-Sibt, ħabbret li żewġt irġiel kienu marru għandha.
//= $special ?>







