Il-vittmi tal-attakk li kien hemm fuq moskea fis-Sinaj minn militanti tal-ISIS issa qabżu t-300 persuna, fosthom ħafna tfal.
Fost l-ewwel reazzjonijiet tal-Gvern Eġizzjan kien hemm bumbardament ta’ qagħdiet tal-militanti Iżlamiċi fir-reġjun. F’dan il-bumbardament, l-awtoritajiet Eġizzjani qalu li nqerdu anki l-vetturi li ntużaw fl-attakk tal-Ġimgħa.
L-attakk sar fuq il-moskea ta’ Al-Rawda fil-belt ta’ Bir al-Abed fit-Tramuntana tas-Sinaj. It-terroristi l-ewwel waddbu l-bombi fuq dawk ġewwa l-moskea u hekk kif dawn bdew jaħarbu, kien hemm terroristi oħrajn jistennew biex jiftħu n-nar fuqhom. Fost il-vittmi hemm 30 tifel u tifla u tal-anqas 100 persuna midruba.
L-attakk ta’ Bir al-Abed hu bla preċedent fl-Eġittu li hu mdorri b’attakki terroristiċi iżda ħasad lil ħafna fil-pajjiż. //= $special ?>