L-Arċisqof Charles J. Scicluna qed ċċelebra l-ħames sena mill-ordinazzjoni episkopali fil-Knisja Arċiperatli tal-Mosta.
Fl-aħħar jiem ukoll kien hemm l-Assemblea Djocesana 2017 fil‑Katekumenju, fil‑Mosta, bit‑tema ‘L‑Evangelizzazzjoni u d‑Djakonija: Lejn Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi’. Matul l‑Assemblea, il‑Vigarju Episkopali ghall‑Evangelizzazzjoni, Fr René Camilleri, ippreżenta proposta ta’ strateġija għall‑evanġelizzazzjoni mifruxa fuq tliet snin bħala parti mill‑pjan pastorali għall‑Arċidjocesi li qed isir bħalissa.
Fit-tieni jum tal-Assemblea, bħala t-tieni parti tal‑pjan pastorali, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina, ippreżenta proposta ta’ azzjoni ghat‑tisħiħ tal‑impenn soċjali tal‑Knisja fis‑socjetà. Dan fid-dawl tat-tagħlim tal‑Papa Franġisku li qed jistieden lill‑Insara jilħqu u jaħdmu mal‑foqra u dawk fil‑periferija. L-Assemblea Djoċesana ingħalqet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna li tkellem dwar il-ħtieġa li n-Nisrani jilqa’ u jxandar il-Kelma ta’ Ġesù biex din issir dawl għas-soċjetà tal-lum, u tieħu l-ħajja bl-eżempju ta’ tjubija, ġustizzja u verità.
//= $special ?>