Lokali

Viżitatur speċjali għaċ-ċkejken Nigel f’Londra

Il-President ta' Malta żżur pazjenti Maltin fid-dar ta' Puttinu f'Sutton

Iċ-ċkejken Nigel, li lesta b’suċċess operazzjoni ta’ trapjant tal-qalb u bħalissa jinsab rikoverat f’Londra, lbieraħ kellu viżitatur speċjali.

Dan hekk kif f’Sutton marret iżżuru l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Fl-istess waqt, hi żaret pazjenti Maltin oħra li wkoll jinsabu ġewwa Sutton.

F’Sutton, Nigel qed juża l-faċilitajiet ta’ Puttinu Cares, fejn qed jgħix sakemm ikun rikoverat. L-operazzjoni saret madwar xahrejn ilu. Id-dar f’Sutton u proġetti oħra ta’ Puttinu Cares jgħixu fuq il-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin permezz tad-donazzjonijiet tagħhom.

F’dawk li l-President Coleiro Preca ddiskreviet bħala “mumenti emozzjonanti”, il-President qalet li tħoss sens kbir ta’ gratitudni lejn il-Maltin u Għawdxin għall-ġenerożità tagħhom sabiex jgħinu lil dawn ħutna li jkollhom jmorru barra l-pajjiz għal aktar kura.

Ritratti: Clifton Fenech (DOI)