Is-sewwieq tal-Mercedes Valtteri Bottas rebaħ l-aħħar Grand Prix tal-istaġun li sar f’Abu Dhabi.
Hu għeelb sfida kbira minn naħa ta’ sieħbu stess Lewis Hamilton li temm fit-tieni post quddiem Sebastian Vettel tal-Ferrari.
Bla dubju s-suċċess ta’ Bottas f’Abu Dhabi hu simoblu tal-istaġun mill-aqwa li kellu fl-ewwel sena mal-Mercedes wara li hu kien ħa post Nico Rosberg li rtira mill-isport jiem wara li kien sar champion mondjali.
Fir-raba’ post daħal Kimi Raikkonen tal-Ferrari filwaqt li Felipe Massa, li kien qed itellaq għall-aħħar darba fil-karriera tiegħu temm fl-10 post.
Massa oriġinarjament kien irtira fl-istaġun ta’ qabel dan imma reġa’ beda jsuq mal-Williams biex jimla l-post vojt li kien ħalla Bottas li ngħaqad mal-Mercedes.
//= $special ?>