Lokali

FILMAT: Attività bit-trakkijiet b’risq Puttinu Cares

Grupp ta’ dilettanti Maltin ingħaqdu flimkien f’attività bl-isem ta’ Commercial Vehicle and Truck Fest Malta li ġiet organizzata b’risq Puttinu Cares.

Il-Ħadd filgħodu f’Ta’ Qali dawk li attendew setgħu jgawdu minn attivitajiet għall-familja kollha, iżda b’mod speċjali wirja ta’ madwar 150 trakk fosthom trakkijiet, krejnijiet, trakk tal-ġiri u madwar 10 karozzi tal-linja antiki.

Kull min mar seta’ jagħti d-donazzjoni tiegħu, bil-ġbir kollu ta’ din l-attività jmorru b’risq Puttinu Cares.