Futbol Sport

FUTBOL TAN-NISA – Il-Maltin jerġgħu jirbħu

Fit-tieni partita ta’ ħbiberija kontra l-Emirati Għarab Magħquda, it-tim nazzjonali tan-nisa reġa’ kiseb rebħa ta’ 4-0, eżattament bħal ma kien għamel ftit jiem qabel.

Ir-rebħa tal-Ħadd kienet waħda identika għal dik li kisbu l-Maltin nhar il-Ħamis li għadda għax bnew vantaġġ ta’ tliet gowls sa tmiem l-ewwel taqsima u żiedu ieħor fit-tieni taqsima.

Shona Zammit skurjat żewġ gowls u Rachel Cuschieri skurjat ieħor fl-ewwel 45 minuta. Fil-51 minuta kienet Gabriella Zahra li skurjat ir-raba’ gowl.