B’rabta mal-aħbar fil-gazzetta ‘Sueddeutsche Zeitung’ li se jaslu aktar dokumenti f’pajjiżna tad-ditta Mossack Fonseca b’rabta mal-Panama Papers, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sejjaħ biex minnufih il-Gvern jaħtar inkjesta indipendenti biex jiġu ssiġillati u investigati bir-reqqa dawn id-dokumenti ġodda.
Fl-istqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li bħalma tenna bosta drabi, ma għandux fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija u għalhekk isostni li l-inkjesta għandha titmexxa minn persuni li jgawdu l-fiduċja ta’ kulħadd, tliet eks-Imħallfin, bil-ħatra ssir bi qbil mal-Oppożizzjoni taħt l-att dwar l-inkjesti.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li jekk il-Gvern ma jilqax din it-talba minnufih, illejla stess, ikun ifisser li ma jridx investigazzjoni serja u tkun turija ċara li ma jridx il-verità toħroġ fi skandlu li jinvolvi ċ-Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, u l-Ministru Konrad Mizzi.
//= $special ?>

