Kelliema għall-gwardjani tal-kosta Taljani qalu li fi tmiem il-ġimgħa seħħew numru ta’ missjonijiet għas-salvataġġ ta’ immigranti fil-Mediterran, fost rapporti li għerqu ‘il fuq minn tletin persuna li nqalbu b’dinghy, lil hinn mill-kosta tal-Libja.
Dan meta l-kundizzjonijiet tat-temp favorevoli, fl-aħħar ġranet, ippermetta biex aktar immigranti jitilqu mil-Libja lejn l-Ewropa.
Intant, ir-rapporti dwar l-aħħar immigranti li għerqu qalu li huma kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran ‘u li magħhom kien hemm dgħajsa oħra mimlija bin-nies’.
Il-mejtin li nġabru mill-baħar jinkludu t-tfal, bir-rapporti jgħidu li madwar 60 persuna kienu salvati mill-baħar, b’140 oħra jinġabru ‘minn tieni dgħajsa’. Dan wara li xi 250 immigranti oħra kienu salvati, nhar il-Ħamis, mill-gwardjani tal-kosta Libjani.
L-inċident traġiku bid-dinghy seħħ ‘il barra mix-xatt ta’ Garabulli, li tinsab 60 kilometru lejn il-lvant ta’ Tripli, il-kapitali Libjana. Kelliema għall-gwardjani tal-kosta Libjani qalu li d-dinghy ‘laħaq niżel f’qigħ il-baħar’ qabel huma setgħu jaslu fuq il-post.
Il-gwardjani li wieġbu minnufih għall-emerġenza sabu grupp ta’ immigranti qegħdin iżommu ‘ma’ fdalijiet tad-dinghy’, u meta l-immigranti oħrajn laħqu għerqu wara li nqatgħu minn ma’ sħabhom fost il-kurrenti tal-baħar qawwija.
L-immigranti li salvaw, imbagħad, ittieħdu lejn il-bażi navali ta’ Tripli.
L-Organizzazzjoni għall-Immigrazzjoni Internazzjonali (IOM) qalet, fi tmiem il-ġimgħa, li talanqas 33,000 persuna kienu rappurtati li mietu jew għebu, waqt il-vjaġġi mill-Mediterran, bejn l-2000 u l-2017. Iċ-ċifri jenfasizzaw li dawn il-vjaġġi bil-baħar jibqgħu ‘l-aktar qattiela’ għall-immigranti fid-dinja.
Dan fost indikazzjonijiet li, din is-sena, għerqu kważi 3,000 immmigrant li ppruvaw jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa.
//= $special ?>

