Lokali

Illum is-serata finali tal-Junior Eurovision; Awguri lil Gianluca

Illum il-kantant Gianluca se jirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fil-kapitali tal-Georgia Tbilisi.

Gianluca se jkanta fit-12-il post il-kanzunetta DawraTond, li niżlet tajjeb mhux biss mat-tfal barranin imma anke mal-adulti.

Il-Junior Eurovision se jibda fl-4p.m. u se jixxandar kemm fuq l-istazzjon nazzjonali kif ukoll online.

Fit-tim tal-produzzjoni tal-Junior Eurovision din is-sena qed jiehdu sehem ħaddiema Maltin, fosthom Gordon Bonello bħala direttur kreattiv, Charles Ahar bħala steadicam operator u David Vassallo u Reuben Sant minn iSupport li qed jiehdu ħsieb is-sistema tal-iscoreboard.