Il-pazjenti ta’ riskju gholi mhux jingħataw moniteraġġ kontienwu kif suppost meta jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei tant li iktar kmieni din is-sena ssejħet inkesta maġisterjali mill-awtoritajiet tal-isptar.
Dan ħareġ minn korrispondenza ta’ emails li l-gazzetta The Sunday Times of Malta rat fejn id-Direttur Klinikali tal-Isptar Mater Dei, Joseph Zarb Adami informa lill-Kapijiet tad-Dipartimenti li wara li seħħ inċident li wassal għal mewt ta’ pazjent, hu importanti li wieħed jenfasizza li wara diversi sigħat wara li l-pazjenti jirritornaw fis-sala tagħhom, u qabel ma jsir ħin l-irqad filgħaxija, kull pazjent li jkun qed jiġi rikoverat minn kirurġija maġġuri jiġi assessjat mit-tim mediku li jkun xogħol biex jassigura li ma kien hemm l-ebda deterjorament sa minn meta l-pazjent ġie trasferit mit-teatru tal-operazzjoni.
Fl-istess korrispondenza Joseph Zarb Adami żvela wkoll kif bħalissa pazjenti ta’ riskju għoli u li jeħtieġu moniteraġġ kontienwu mhumiex jingħataw l-attenzjoni meħtieġa minħabba nuqqas ta’ infermiera.
Dan kollu ħareġ fid-dawl tal-fatt li l-istess gazzetta żvelat kif iktar kmieni din is-sena l-awtoritajiet tal-isptar sejħu inkjesta maġisterjali wara li seħħ inċident li wassal għal mewt ta’ pazjent.
Ir-riżultati tal-inkjesta dwar dan il-każ qatt ma dehru fil-pubbliku, iżda fil-korrispondenza tiegħu Zarb Adami igiddeb lill-membri tal-familja tal-pazjent u qal li l-pazjent ma mietx kaġun ta’ xi negliġenzi.
//= $special ?>