Raġel qala’ daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta f’argument f’Birżebbuġa.
L-argument seħħ għal ħabta tat-7:45 ta’ filgħodu fi Triq il-Folklor. Jidher li l-argument seħħ bejn raġel Niġerjan ta’ 33 sena li joqgħod Tas-Sliema u Niġerjan ieħor ta’ 28 sena li joqgħod Birżebbuġa stess.
Il-kundizzjoni tal-ferut għadha mhix magħrufa filwaqt li l-agressur mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta ta’ nofsinhar.
//= $special ?>

