Il-linji tal-ajru tpoġġew fuq allert minħabba l-periklu mid-dħaħen ta’ vulkan fuq il-gżira ta’ Bali, fl-Indoneżja.
Il-muntanja Agung ilha s-sigħat tarmi d-dħaħen fl-ajru, b’dan ikun it-tieni każ allarmanti ta’ attività mill-vulkan f’ġimgħa. L-hekk-imsejjaħ ‘red warning’ jintuża għal ċirkustanzi fejn l-iżbroff kbir ta’ vulkan ikun qed jidher imminenti u meta l-emissjoni tal-ġmied tkun iffissata bħala ‘probabbli u sinifikanti’.
L-awtoritajiet f’Bali, bħalissa, qed iqassmu l-maskli lir-residenti taz-zona fost l-ewwel sinjali tal-ġmied, bis-sitwazzjoni tibqa’ perikoluża għall-ajruplani li kellhom itiru minn fuq l-inħawi.
Fil-fatt, il-linji tal-ajru deċidew li jħassru xi titjiriet anki jekk l-ajruport ewlieni ta’ Bali baqa’ jiffunzjona b’mod normali.
Il-gżira ta’ Bali hi destinazzjoni turistika ewlenija, bir-resorts ewlenin ta’ Kuta u Seminyak jinsabu xi 70 kilometru ’l bogħod mill-vulkan.
//= $special ?>

