Raġel ta’ 28 sena imwieled in-Niġerja iżda residenti f’Birżebbuġa dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat li lbieraħ filgħodu ħebb għal raġel ieħor b’imqass u kkaġunalu ġrieħi gravi.
John Chibuzor Bolenus ta’ 28 sena, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-argument seħħ ilbieraħ filgħodu fir-residenza tal-akkużat li, skont il-versjoni mogħtija mid-Difiża, il-vittma Uchena Obi – li hu wkoll min-Niġerja – kien mar fir-residenza tal-akkużat fi Triq il-Folklor u ħebb għalih.
Il-Prosekuzzjoni ma’ oġġezzjonatx għat-talba għal ħelsien mill-arrest. Għaldaqstant, il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000. Il-Qorti ordnat ukoll li ma javviċinax ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni u ma jersaqx lejn San Pawl il-Baħar fejn joqgħod il-vittma.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Charlotte Curmi filwaqt li l-Avukat tal-għajnuna legali Helga Buttigieg Debono assistiet lill-akkużat.
//= $special ?>