L-Ispeaker Anġlu Farrugia appella għas-sens komuns biex id-deputati tal-PD jkollhom il-ħin jitkellmu fil-parlament.
F’ruling mogħti llejla l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farriga ta ruling għal talba mressqa mid-deputat tal-PD Godfrey Farrugia li fil-21 ta’ Novembru 2017 lmenta dwar il-ħin allokat lill-PD mill-Oppożizzjoni fil-parlament.
L-Isepaker qal li s-Sedja tifhem is-sitwazzjoni tad-deputati tal-PD Godfrey Farrugia U Marlene Farrugia li qed isostnu li mhux ikunu allokati ħin fid-dibattitu parlamentari. Skont l-Orndijiet Permenanti, il-membri għandhom dritt jitkellmu meta jkunu msejħa mill-Ispeaker. Hu qal li d-dritt tad-diskorsi ma jistgħux ikunu mittiefsa. Il-preokupazzjoni ta’ Godfrey Farrugia tqum biss meta jkun hemm limitu fuq il-ħin. L-Odnijiet Permanenti jitkellmu dwar Gvern u Oppożizzjoni u mhux dwar partiti politiċi. Is-Sedja qalet li l-PD hu partit reġistrat skont il-liġi elettorali iżda d-drittijiet ta’ partit fil-parlment huma determinati mill-fatt jekk il-partit hux parti mill-Gvern jew mill-Oppożizzjoni.
L-Ispeaker kompla li f’laqgħa li kienet saret fil-parlament kien diskuss ftehim dwar l-interventi tad-deputati tal-PD fil-parlament. Is-Sedja se tara li l-d-deputati tal-PD jkollhom il-ħin allokat għalihom u li dawn għandhom jitolbu d-dritt ta’ protezzjoni jekk dawn ma jingħatawx l-opportunità jitkellmu. Dan japplika wkoll meta Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia meta jkunu jridu jitkellmu fl-aġġornamnet, meta dawn ma jingħatawx dritt jitkellmu. Is-Sedja appellat għas-sens komun biex l-ebda dritt ma jkun miċħud id-dritt li jitkellem.
//= $special ?>