Argument bejn żewġ żgħażagħ f’Paceville fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu wassal biex wieħed minnhom jispiċċa rikoverat l-Isptar isofri minn ġrieħi gravi.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li membri tal-Pulizija ssejħu għall-ħabta tal-12.15a.m fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien għadu kemm seħħ argument bejn żewġ żgħażagħ ta’ 19-il sena, wieħed residenti l-Għargħur u l-ieħor residenti l-Floriana.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ mill-Għargħur, l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>