Knisja Lokali

FILMAT: Inawgurati żewġ qniepen ġodda fil-Knisja l-qadima ta’ Santa Venera

Inawgurati żewġ qniepen ġodda li ngħataw bħala donazzjoni lill-Knisja l-Qadima ta’ Santa Venera.

Wara li l-Knisja kienet ilha sitt snin bi tlett qniepen, ġie nnotat li kien hemm nota nieqsa. B’hekk, il-benefattur Charles Scerri ta żewġ qniepen ġodda bħala rigal biex b’hekk il-Knisja issa għandha sett ta’ ħames qniepen intonati. Il-qniepen ġew imsemmija għal San Eliju u għal Kristu Irxoxt.

Il-qniepen ġew inawgurati u mberkin wara l-quddiesa tal-10 tal-Ħadd filgħodu waqt ċelebrazzjoni u b’banda preżenti.